12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta' Frar 2012 — BKK Mobil Oil Körperschaft des öffentlichen Rechts vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
(Kawża C-59/12)
2012/C 138/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BKK Mobil Oil Körperschaft des öffentlichen Rechts.
Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V.
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29/KE (1), dwar il-prattiki kummerċjali żleali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li fond ta’ assigurazzjoni għall-mard legali jagħti lil min huwa rreġistrat miegħu informazzjoni (qarrieqa) fuq l-inkonvenzjenzi li dawn tal-aħħar ikollhom jgħaddu minnhom f’każ ta’ bdil ta’ fond ta’ assigurazzjoni għall-mard legali jikkostitwixxi wkoll azzjoni ta’ kummerċjant (li tippreżenta ruħha bħala prattika kummerċjali ta’ impriża fil-konfront tal-konsumaturi)?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy