28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Frar 2012 — Leidseplein Beheer BV et, partijiet oħra: Red Bull GmbH et
(Kawża C-65/12)
2012/C 126/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:
Leidseplein Beheer BV
H.J.M. de Vries
Konvenuti:
Red Bull GmBH
Red Bull Nederland BV
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 89/104/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ wkoll ikun hemm raġuni valida, skont din id-dispożizzjoni, meta s-sinjal identiku jew simili għat-trade mark b’reputazzjoni jkun diġà ntuża in bona fide mit-terz jew mit-terzi inkwistjoni, qabel ma din it-trade mark tkun ġiet irreġistrata?
(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 92)
Full & Egal Universal Law Academy