21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/15
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-67/12)
2012/C 118/24
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u I. Galindo Martin, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/91/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet magħquda ta’ dawn l-artikoli u tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;
—
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
(1)
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/91/KE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Jannar 2006.
(2)
Il-Kummissjoni għandha tikkonstata li r-Renju ta’ Spanja għadu ma adottax id-dispożizzjonijiet neċessarji f’dak li jikkonċerna l-Artikoli 3, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/91/KE jew, fi kwalunkwe każ, li għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 168.
(2) ĠU L 153, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy