21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti Kostituzzjonali (Malta) fl-10 ta' Frar 2012 — Vodafone Malta Limited u Mobisle Communications Limited vs L-Avukat Ġenerali, Il-Kontrollur tad-Dwana, Il-Ministru tal-Finanzi, u L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
(Kawża C-71/12)
2012/C 118/25
Lingwa tal-kawża: il-Malti
Qorti tar-rinviju
Qorti Kostituzzjonali
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodafone Malta Limited, Mobisle Communications Limited
Konvenuti: L-Avukat Ġenerali, Il-Kontrollur tad-Dwana, Il-Ministru tal-Finanzi, L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
Domandi preliminari
Jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u partikolarment l-Artikoli 12 u/jew 13 tagħha, jipprojbixxux l-Istati Membri milli jimponu imposta fiskali fuq operaturi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli (“l-operaturi”) li hi:
(1)
dazju msejjaħ tas-sisa introdott permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali;
(2)
ikkalkulata bħala perċentaġġ tal-ħlasijiet imposti minn operaturi ta’ telefonija mobbli fuq l-utenti tagħhom għas-servizzi pprovduti lilhom minn dawn l-operaturi ħlief għal dawk is-servizzi eżentati mil-liġi;
(3)
imħallsa lill-operaturi ta’ telefonija mobbli mill-utenti tagħhom b’mod individwali u li sussegwentement dan l-istess ammont jiġi mgħoddi lill-Kontrollur tad-Dwana mill-operaturi kollha li joffru mobile telephony services, pagabbli biss mill-operaturi u mhux minn impriżi oħra inklużi dawk li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi oħra.
Full & Egal Universal Law Academy