21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-20 ta’ Frar 2012 — Société Landsbanki Islands HF vs Kepler Capital Markets SA, Frédéric Giraux
(Kawża C-85/12)
2012/C 118/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Landsbanki Islands HF
Konvenuta: Kepler Capital Markets SA, Frédéric Giraux
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 3 u 9 tad-Direttiva 2001/24/KE, tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ stralċ ta’ istituzzjoni finanzjarja, bħal dawk li jirriżultaw mil-Liġi Iżlandiża Nru 44/2009 tal-15 ta’ April 2009, għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżuri meħuda minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja fis-sens ta’ dawn l-artikoli?
(2)
L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 98 tal-Liġi Iżlandiża tal-20 ta’ Diċembru 2002, li pprojbixxiet jew issospendiet kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja kontra istituzzjoni finanzjarja mad-dħul fis-seħħ ta’ moratorju, milli jkollha effett fir-rigward ta’ miżuri kawtelatorji meħuda fi Stat Membru ieħor qabel l-impożizzjoni tal-moratorju?
(1) Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15).
Full & Egal Universal Law Academy