12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-20 ta’ Frar 2012 — Adzo Domenyo Alopka, Jarel Mondoulou, Eja Mondoulou vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration
(Kawża C-86/12)
2012/C 138/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adzo Domenyo Alopka, Jarel Mondoulou, Eja Mondoulou
Konvenut: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration
Domandi preliminari
L-Artikolu 20 TFUE, jekk meħtieġ moqri flimkien mal-Artikoli 20, 21, 24, 33 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jew ma’ wieħed jew diversi fosthom meħuda b’mod separat jew flimkien, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru, minn naħa, jirrifjuta lil ċittadin ta’ Stat terz, li waħdu jieħu ħsieb uliedu li għadhom żgħar, li huma ċittadini tal-Unjoni, ir-residenza fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ dawn tal-aħħar fejn huma jgħixu miegħu mit-twelid tagħhom, mingħajr ma għandhom in-nazzjonalità tiegħu, u min-naħa l-oħra, jirrifjuta lill-imsemmi ċittadin ta’ Stat terz permess ta’ residenza u saħansitra permess ta’ xogħol?
Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jitqiesu bħala tali li jċaħdu lill-imsemmija tfal, fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom fejn huma għexu sa mit-twelid tagħhom, mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet relatati mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni anki fis-sitwazzjoni fejn l-axxendent dirett l-ieħor, li miegħu qatt ma kellhom ħajja ta’ familja komuni, jirrisjedi fi Stat ieħor tal-Unjoni, li tiegħu stess huwa ċittadin?
Full & Egal Universal Law Academy