28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Jibril Jaoo
(Kawża C-88/12)
2012/C 126/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Roermond
Parti fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jibril Jaoo
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4.17a tal-Vreemdelingenbesluit 2000 (digriet 2000 dwar il-barranin) jikser il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri u tal-kontrolli li jixbhu lill-kontrolli fil-fruntieri, kif previst fl-Artikoli 20 u 21 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (1)?
(2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, dawn l-artikoli jistgħu jiġu wkoll invokati miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew mill-persuni li ma għandhomx titolu ta’ residenza fi Stat Membru tal-Unjoni?
(1) Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy