5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis- 17 ta’ Frar 2012 — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni
(Kawża C-89/12)
2012/C 133/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:. Rose Marie Bark
Konvenuta: Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni
Domandi preliminari
L-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-impriża konġunta Galileo li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni li jinsabu f’dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg, japplikaw għall-membri tal-persunal tal-impriża konġunta Galileo li kienu rreklutati taħt kuntratt għal żmien determinat?
Full & Egal Universal Law Academy