21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Frar 2012 — Skatteverket vs PCF Clinic AB
(Kawża C-91/12)
2012/C 118/31
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteverket
Konvenuta: PCF Clinic AB
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 132(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat li jfisser li l-eżenzjoni mit-taxxa li huwa jipprevedi tkopri servizzi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża u li jikkonsistu fi:
(a)
operazzjonijiet ta’ kirurġija estetika,
(b)
trattamenti estetiċi?
(2)
Din l-evalwazzjoni tiġi effettwata jekk l-operazzjonijiet jew it-trattamenti jitwettqu b’għan ta’ prevenzjoni jew ta’ trattament ta’ mard, ta’ diffetti fiżiċi jew ta’ feriti?
(3)
Jekk l-għan għandu jiġi kkunsidrat, l-għarfien tal-pazjent dwar l-għan tal-intervent għandu jittieħed inkunsiderazzjoni?
(4)
Għal din l-evalwazzjoni, għandu jingħata xi importanza dwar jekk l-intervent isirx minn membru tal-korp mediku awtorizzat, jew għall-fatt li l-għan tal-intervent jiġi deċiż minn tali profesjonista?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy