5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Frar 2012 — ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia
(Kawża C-93/12)
2012/C 133/34
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ET Agrokonsulting-04-Velko Stoyanov
Konvenut: Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ effettività, li joħroġ mill-ġurisprudenza [tal-Qorti tal-Ġustizzja] tal-Unjoni Ewropea, u dak ta’ dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, ikkodifikat fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li regola ta’ proċedura nazzjonali, bħalma hija dik stipulata fl-Artikolu 133(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, tagħmel il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ tilwim amministrattiv fir-rigward tal-implementazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea dipendenti biss fuq is-sede tal-awtorità amministrattiva li tkun adottat l-att ikkontestat, meta jitqies li din ir-regola ma tiħux inkunsiderazzjoni la l-post fejn jinsabu l-immobbli u lanqas l-indirizz tal-persuna kkonċernata?
(2)
Il-prinċipju ta’ ekwivalenza, li joħroġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li regola ta’ proċedura nazzjonali, bħalma hija dik stipulata fl-Artikolu 133(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, tagħmel il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ tilwim amministrattiv fir-rigward tal-implementazzjoni tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea dipendenti biss fuq is-sede tal-awtorità amministrattiva li tkun adottat l-att ikkontestat, meta titqies ir-regola stipulata fil-paragrafu 19 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-Liġi li temenda u li tissupplimenta l-Kodiċi ta’ Proċedura Amminisrattiva (dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ tilwim amministrattiv domestiku dwar artijiet agrikoli)?
Full & Egal Universal Law Academy