26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2012 — Swm Costruzioni 2 SpA, D.I. Mannocchi Luigino vs Provincia di Fermo
(Kawża C-94/12)
2012/C 151/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swm Costruzioni 2 SpA, D.I. Mannocchi Luigino
Konvenuta: Provincia di Fermo
Domanda preliminari
L-Artikolu 47(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, bħala prinċipju, li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik Taljana li tinsab fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 49 tad-d.lgs. 163/2006, li tipprekludi, ħlief f’każijiet partikolari, li tintuża iktar minn impriża awżiljari waħda, billi tipprovdi li “Għax-xogħolijiet, l-offerent jista’ juża impriża awżiljari waħda biss għal kull kategorija ta’ kwalifikazzjoni. L-avviż tas-sejħa għall-offerti jista’ jaċċetta l-użu ta’ iktar minn impriża awżiljari waħda minħabba l-valur tal-appalt jew tan-natura partikolari tas-servizzi…”?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy