28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Wim J. J. Slot vs 3 H Camping-Center Heinsberg GmbH
(Kawża C-98/12)
2012/C 126/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wim J. J. Slot
Konvenuta: 3 H Camping-Center Heinsberg GmbH.
Domandi preliminari
(1)
Is-sitwazzjoni fejn negozjant jimmira l-attività tiegħu lejn Stat Membru ieħor permezz tat-tfassil tas-sit internet tiegħu, konsumatur li għandu d-domiċilju fit-territorju tal-imsemmi Stat imur fil-post fejn huwa stabbilit tali negozjant billi jsegwi l-informazzjoni pprovduta fis-sit internet, u hemmhekk il-partijiet jiffirmaw il-kuntratt, għandha tiġi kklassifikata bħala “kuntratti konklużi mill-konsumaturi” fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1),
jew
l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jeżiġi, f’dan il-każ, il-konklużjoni ta’ kuntratt skont ir-regoli applikabbli għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod?
(2)
Jekk l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tali każ, il-kuntratt għandu, fil-prinċipju, jiġi konkluż skont ir-regoli applikabbli għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod:
Il-ġurisidizzjoni tal-qorti fejn għandu d-domiċilju l-konsumatur prevista mill-Artikolu 15(1)(ċ) flimkien mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 tinkiseb meta l-partijiet kontraenti jikkonkludu, skont ir-regoli applikabbli għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod, kuntratt preliminari, li sussegwentement iwassal direttament għall-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy