12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ Frar 2012 — Eurofit SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)
(Kawża C-99/12)
2012/C 138/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurofit SA
Konvenut: Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)
Domanda preliminari
Meta l-awtoritajiet kompetenti jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba, jew deliberatament jikkomunikaw informazzjoni żbaljata lil operatur ekonomiku, filwaqt li jaffettwaw l-evalwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-affidabbiltà ta’ kokontraenti li jkun issuspettat bi frodi, jista’ jingħad li jkun hemm każ ta’ forza maġġuri fis-sens tar-Regolament Nru 3665/87 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (1)?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy