26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (Italja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria
(Kawża C-100/12)
2012/C 151/25
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fastweb SpA
Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale di Alessandria
Partijiet oħra fil-proċedura: Telecom Italia S.p.A., Path-net S.p.A.
Domanda preliminari
Il-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-partijiet, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni fil-kuntratti pubbliċi msemmija fid-Direttiva 89/665/KEE (1) kif ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/66/KE (2) jopponu l-ġurisprudenza kif tirriżulta mid-deċiżjoni tas-seduta plenarja tal-Consiglio di Stato Nru 4 tal-2011, li tistabbilixxi li l-eżami tar-rikors inċidentali li jkun intiż sabiex jikkontesta l-locus standi tar-rikorrent prinċipali billi jikkontesta l-fatt li huwa ġie ammess jipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, għandu neċessarjament isir qabel dak tar-rikors prinċipali u għandu jkun ta’ natura li tinċidi fuq l-eżami tar-rikors prinċipali, anki fil-każ fejn ir-rikorrent prinċipali jkollu interess materjali fil-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura sħiħa tal-għażla u indipendentement mill-għadd ta’ kompetituri li jkunu pparteċipaw, partikolarment fil-każ fejn il-kompetituri rimanenti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti jkunu tnejn biss (jiġifieri, ir-rikorrent fil-kawża principali u l-entità tal-għażla li tkun ukoll ir-rikorrent inċidentali) fejn kull wieħed minn dawn tal-aħħar jkun qiegħed jitlob l-esklużjoni tal-ieħor minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti minimi sabiex l-offerta tkun ikkunsidrata bħala idonea?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.
(2) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31
Full & Egal Universal Law Academy