5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2012 — Herbert Schaible vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-101/12)
2012/C 133/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Herbert Schaible
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Domanda preliminari
Id-domandi preliminari li ġejjin ġew magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:
(a)
l-obbligu tar-rikorrent li jidentifika individwalment l-annimali skont l-Artikoli 3(1) u 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 (1),
(b)
l-obbligu tar-rikorrent li individwalment jidentifika b’mod elettroniku l-annimali skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1560/2007 (2),
(c)
l-obbligu tar-rikorrenti li jżomm reġistru tal-qasam C skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 5(1) u tal-punt 2 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 21/2004
huma kompatibbli mad-dritt superjuri tal-Unjoni u għalhekk validi?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 42, p. 56).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1560/2007, tas-17 ta’ Diċembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tad-data għall-introduzzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika għall-annimali ovini u kaprini (ĠU L 340, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy