26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Delta N.V.
(Kawża C-107/12)
2012/C 151/28
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staat der Nederlanden.
Konvenuta: Delta N.V.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri” is-sistema tal-projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, kif stabbilita fid-digriet dwar l-azzjonijiet ta’ operaturi ta’ netwerk, flimkien mal-Artikolu 93 tal-liġi tal-1998 dwar l-elettriku u l-Artikolu 85 tal-liġi dwar il-gass, li jimplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-ambitu tal-awtoritajiet?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, dan għandu bħala konsegwenza li r-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital ma japplikawx għall-projbizzjoni ta’ grupp, jew tal-inqas li ma hemmx bżonn li tiġi evalwata l-projbizzjoni ta’ grupp fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital?
(3)
L-għanijiet, li huma wkoll il-bażi tal-Won [liġi dwar il-ġestjoni indipendenti tan-netwerks (Wet onafhankelijk netbeheer), intiżi, permezz tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’ (inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika), sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-suq tal-enerġija u sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huma interessi ekonomiċi puri, jew jistgħu jiġu kkunsidrati bħala interessi ta’ natura mhux ekonomika, fis-sens li, skont iċ-ċirkustanzi, huma jistgħu jikkostitwixxu, bħala raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ġustifikazzjoni għal restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital?
Full & Egal Universal Law Academy