26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Frar 2012 — Ministero per i beni e le attività culturali et vs Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia et
(Kawża C-111/12)
2012/C 151/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero per i beni e le attività culturali, Ordini degli Ingegneri delle Province di Venezia, di Padova, di Treviso, di Vicenza, di Verona e Provincia, di Rovigo e di Belluno
Konvenuti: Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori, Alessandro Mosconi, Comune di S. Martino Buon Albergo, Ordine degli Architetti Pianificatori Paesaggisti e Conservatori della Provincia di Verona, Istituzione di Ricovero e di Educazione di Venezia (IRE), Ordine degli Architetti di Venezia.
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva Komunitarja Nru 85/384/KEE (1), fil-parti li fiha taċċetta (Artikoli 10 u 11), b’mod tranżitorju, fl-eżerċizzju tal-attivitajiet fis-settur tal-arkitettura persuni migranti li għandhom it-titoli speċifikament indikati, ma tipprekludix li fl-Italja tkun meqjusa leġittima prassi amministrattiva, li għandha bħala bażi ġuridika l-Artikolu 52(2)(i) tal-R.D. Nru 2537 tal-1925, li tirriżerva b’mod speċifiku ċerti interventi fuq binjiet ta’ interess artistiku esklużivament għall-kandidati li għandhom titolu ta’ “perit” jew kandidati li juru li għandhom rekwiżiti kurrikulari partikolari, speċifiċi fis-settur tal-patrimonju kulturali u oħrajn fir-rigward ta’ dak li b’mod ġeneriku jippermetti l-aċċess għall-attivitajiet li jaqgħu taħt l-arkitettura skont id-direttiva ċċitata?
(2)
B’mod partikolari, din il-prassi tista’ twassal sabiex anke l-professjonisti li joriġinaw minn Stati Membri differenti mill-Italja, anke jekk ikollhom titolu li hu xieraq b’mod astratt għall-eżerċizzju tal-attivitajiet li jidħlu fil-qasam tal-arkitettura, ikunu soġġetti għall-verifika speċifika tal-kapaċità professjonali (dik li tirriżulta anke għall-professjonisti Taljani abbażi ta’ eżami ta’ kompetenza professjonali fl-arkitettura) għall-fini limitati tal-aċċess għall-attivitajiet professjonali kif jinsabu fl-Artikolu 52(2)(i) tal-R.D. Nru 2357 tal-1925?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1 p. 118.
Full & Egal Universal Law Academy