28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/6
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Enviro Tech Europe Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-291/04: Enviro Tech Europe Ltd u Enviro Tech International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-118/12 P)
2012/C 227/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Enviro Tech Europe Ltd (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Enviro Tech International, Inc.
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-291/04 fir-rigward tat-talbiet tal-appellanti għall-kumpens tad-danni; u
—
tiddikjara lill-appellata responsabbli għad-danni subiti mill-appellanti; jew
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talba tal-appellanti għall-kumpens tad-danni; u
—
tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż kollha (inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali).
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka li, billi ċaħdet ir-rikors tagħha għall-kumpens tad-danni abbażi tal-fatt li l-appellanti naqset milli tistabbilixxi l-eżistenza ta’ azzjoni illegali min-naħa tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali għamlet żball fl-interpretazzjoni tagħha tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-425/08 u, bħala konsegwenza, hija wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tevalwa t-tielet parti tal-ewwel motiv tal-appellanti fir-rigward tal-illegalità tal-“immaniġġjar jew tal-użu normali” u kkonkludiet li r-rikors għall-kumpens tad-danni għandu jiġi miċħud.
Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-291/04 għandha tiġi annullata fir-rigward tat-talba tal-appellanti għall-kumpens tad-danni u l-appellata għandha tiġi ddikjarata responsabbli għad-danni subiti mill-appellanti.
Full & Egal Universal Law Academy