23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fit-8 ta’ Marzu 2012 — Brück Edgar vs Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen — Familienkasse
(Kawża C-126/12)
2012/C 184/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Brück Edgar
Konvenuta: Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen — Familienkasse
Domanda preliminari
L-Artikolu 13(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-għoti ta’ allowance tal-familja (parzjali) minn Stat Membru ta’ residenza, f’każijiet fejn il-persuna intitolata għal allowance tal-familja — bħall-ġenitur l-ieħor — hija ħaddiem transkonfinali impjegata fl-Isvizzera u tirċievi hemmhekk allowances tal-familja għat-tfal tagħha li jgħixu fl-Istat Membru ta’ residenza li huma inqas mill-allowance tal-familja prevista fl-imsemmi Stat Membru ta’ residenza?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), u bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005 (ĠU L 117, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy