5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/20
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-130/12)
2012/C 133/37
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
Ir-Repubblika Portugiża titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tiddijara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE (1), tal-25 ta’ Awwissu 2009, li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta’ Settembru 2010.
(1) ĠU L 223, p. 31
Full & Egal Universal Law Academy