2.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 157/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Middelburg (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Marzu 2012 — Y.S. vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel
(Kawża C-141/12)
2012/C 157/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Middelburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Y.S.
Konvenut: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel
Domandi preliminari
(1)
Data mogħtija f’nota interna dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-persuna kkonċernata u li tikkonċerna lil din il-persuna għandha tiġi kkunsidrata bħala data personali fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46 (1)?
(2)
Analiżi legali magħmula f’nota interna dwar abbozz ta’ deċiżjoni hija data personali fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija?
(3)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li d-data msemmija iktar ’il fuq għandha tiġi kkunsidrata bħala data personali, il-proċessur u/jew l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu wkoll aċċess għal din id-data personali skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46 u skont l-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2)?
(4)
F’dan il-kuntest, il-persuna kkonċernata tista’ tinvoka direttament l-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tal-UE u, fl-affermattiv, l-espressjoni “filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità [tal-proċess deċiżjonali]” li tinsab f’dan l-artikolu għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dritt ta’ aċċess għan-nota interna dwar abbozz ta’ deċiżjoni jista’ jiġi rrifjutat fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni?
(5)
Meta l-persuna kkonċernata titlob aċċess għan-nota interna dwar abbozz ta’ deċiżjoni, il-proċessur jew l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jipprovdu kopja ta’ dan id-dokument sabiex jirrispettaw id-dritt ta’ aċċess?
(1) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
(2) Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU tat-30.03.2010, C 83, p. 389).
Full & Egal Universal Law Academy