23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fit-23 ta’ Marzu 2012 — Goldbet Sportwetten GmbH vs Massimo Sperindeo
(Kawża C-144/12)
2012/C 184/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Goldbet Sportwetten GmbH
Konvenut: Massimo Sperindeo
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ir-“Regolament Nru 1896/2006”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 24 tar-Regolament Ewropew Nru 44/2001 (2) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ir-“Regolament Nru 44/2001”), rigward l-istabbiliment tad-domiċilju kompetenti minħabba d-dehra tal-konvenut, għandu wkoll jiġi applikat fil-kuntest ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari:
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1896/2006 flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sempliċi fatt li ssir oppożizzjoni kontra l-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea tgħodd bħala dehra jekk l-oppożizzjoni ma tinkludix kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ oriġini?
(3)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda preliminari:
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1896/2006 flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li ssir oppożizzjoni, mill-iktar, jagħti ġurisdizzjoni minħabba d-dehra jekk l-oppożizzjoni tkun tinkludi diġà espożizzjoni tal-motivi fuq il-mertu iżda mhux kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni?
(1) ĠU L 399, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy