12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/10
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-148/12)
2012/C 138/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u G. Braun, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li billi ma adottatx kompletament il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (1), jew ma kkommunikathomx kompletament lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 148 094,1 kull jum, imħallas fil-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni fuq il-miżuri ta’ traspożizzjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-24 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU L 345, p. 62.
Full & Egal Universal Law Academy