16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/16
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-151/12)
2012/C 174/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u B. Simon, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, f’dak li jikkonċerna l-baċini tax-xmara intra-Komunitarji tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 4(8), 7(2), 10(1) u (2) u s-Sezzjonijiet 1.3 u 1.4 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1)
—
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60 indikati fit-talbiet tar-rikors, twettqet b’mod żbaljat mir-Renju ta’ Spanja, peress li l-leġiżlazzjoni Spanjola tapplika biss għall-baċini tax-xmara inter-Komunitarji fi Spanja. Konsegwentement, it-traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma saritx fl-ordinament ġuridiku Spanjol għal dak li jikkonċerna l-baċini intra-Komunitarji (li l-ilma tagħhom jgħaddi ġewwa Komunità Awtonoma).
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.
Full & Egal Universal Law Academy