16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ April 2012 — Peter Pinckney vs KDG médiatech AG
(Kawża C-170/12)
2012/C 174/29
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Pinckney
Konvenuta: KDG médiatech AG
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ allegat ksur tad-drittijiet tal-awtur imwettaq permezz ta’ kontenut impoġġi fuq l-internet f’sit tal-internet,
—
il-persuna li tqis li ġarrbet ksur għandha l-għażla li tressaq azzjoni għad-danni quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru fit-territorju li fih kontenut impoġġi fuq l-internet huwa jew kien aċċessibbli, bil-għan li jinkiseb kumpens għas-sempliċi dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha qed titressaq il-kawża,
jew
—
huwa barra minn hekk meħtieġ li dawn il-kontenuti jkunu jew kienu destinati lill-pubbliku li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, jew għandu jkun hemm rabta oħra ċara?
(2)
Għandha tingħata l-istess risposta għad-domanda 1) jekk l-allegat ksur għad-drittijiet tal-awtur jirriżulta mhux mit-tpoġġija fuq l-internet ta’ kontenut żmaterjalizzat, iżda, bħal fil-każ preżenti, mit-tpoġġija fuq l-internet ta’ mezz materjali li jirriproduċi dan il-kontenut?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42
Full & Egal Universal Law Academy