21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fid-19 ta’ April 2012 — Gábor Fekete vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-182/12)
2012/C 217/10
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Székesfehérvári Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gábor Fekete
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Domanda preliminari
Skont l-Artikolu 561(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, (iktar ’il quddiem, id-“dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-KDK”), l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-proprjetarju tal-mezz ta’ trasport stabbilit f’pajjiż barra mit-territorju tal-Komunità hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit l-użu privat ta’ mezz ta’ trasport jew huwa l-każ li l-użu privat ta’ mezz ta’ trasport huwa possibbli biss fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol meta dan ikun previst (mill-proprjetarju) fil-kuntratt tax-xogħol?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)
Full & Egal Universal Law Academy