30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/12
Appell ippreżentat fit-18 ta’ April 2012 minn Chafiq Ayadi kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża T-527/09: Chafiq Ayadi vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-183/12 P)
2012/C 194/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Chafiq Ayadi (rappreżentant: H.A.S. Miller, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tħassar id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2012
—
tiddikjara li r-rikors għall-annullament ma huwiex mingħajr skop
—
tirrinvijja l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u għall-ispejjeż sostnuti insostenn tar-rikors tal-Kummissjoni sabiex il-kawża għal annullament tiġi ddikjarata bħala mingħajr ebda skop quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka ż-żewġ aggravji li ġejjin:
A.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset li:
(a)
tisma’ lill-Avukat Ġenerali u/jew
(b)
tistieden lill-appellant jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu dwar jekk għandhiex tinfetaħ il-proċedura orali u/jew
(c)
tiftaħ il-proċedura orali dwar jekk ir-rikors għal annullament kienx mingħajr ebda skop.
B.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-kawża għal annullament ma setgħetx tagħti vantaġġ materjali lill-appellant.
Full & Egal Universal Law Academy