23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fl-24 ta’ April 2012 — Melvin West vs Virallinen syyttäjä
(Kawża C-192/12)
2012/C 184/10
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus (il-Finlandja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Melvin West
Konvenut: Virallinen syyttäjä (prosekutur pubbliku)
Domanda preliminari
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jinftiehem li huwa l-Istat Membru li minnu l-persuna kienet inizjalment ikkonsenjata lejn Stat Membru ieħor skont il-mandat ta’ arrest Ewropew, jew huwa dan it-tieni Stat Membru li minnu dik il-persuna kienet ikkonsenjata lit-tielet Stat membru, li issa huwa mitlub jikkonsenja l-persuna lir-raba’ Stat Membru? Jew huwa eventwalment meħtieġ il-kunsens taż-żewġ Stati Membri?
Full & Egal Universal Law Academy