21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/6
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-193/12)
2012/C 217/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Simon u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma indikatx bħala żoni vulnerabbli diversi żoni kkaratterizzati mill-preżenza ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art li huma affettwati minn kontenut eċċessiv ta’ nitrati u/jew minn fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni, jew li hemm ir-riskju li jiġu hekk affettwati, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1) u (4) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1),
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tilmenta li l-konvenuta naqset, meta wettqet reviżjoni taż-żoni vulnerabbli fl-2007, milli tindika b’mod sħiħ dawn iż-żoni, kif hija kellha l-obbligu tagħmel skont l-Artikolu 3(1) u (4) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE.
Il-Kummissjoni tilmenta b’mod partikolari li l-awtoritajiet Franċiżi ma indikawx 10 żoni vulnerabbli supplimentari u li ma tawx informazzjoni preċiża li tippermetti li dan in-nuqqas jiġi ġġustifikat.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68.
Full & Egal Universal Law Academy