28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Benidorm (Spanja) fis-26 ta’ April 2012 — Concepción Maestre García vs Centros Comerciales CARREFOUR S.A.
(Kawża C-194/12)
2012/C 227/11
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 1 de Benidorm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Concepción Maestre García
Konvenuta: Centros Comerciales CARREFOUR S.A.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li l-leave jiġi interrott sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mil-leave kollu — jew mil-leave li jkun fadal — f’data sussegwenti jekk inkapaċità temporanja sseħħ qabel l-imsemmi leave u jkun hemm raġunijiet marbutin mal-produzzjoni jew mal-organizzazzjoni li jipprekludu li l-leave jittieħed f’data sussegwenti?
(2)
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-persuna li timpjega li tiffissa unilateralment perijodu ta’ leave li jikkoinċidi ma’ inkapaċità temporanja, jekk il-ħaddiem ma jkunx indika minn qabel li jippreferi jieħu l-leave tiegħu fi żmien ieħor u meta jeżisti ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-impriża u l-impriża li jippermetti dan?
(3)
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li, minkejja li ma jkunx hemm terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, il-leave mhux meħud minħabba inkapaċità temporanja jiġi kkumpensat finanzjarjament jekk jeżistu raġunijiet marbutin mal-produzzjoni jew mal-organizzazzjoni li ma jippermettux li l-ħaddiem effettivament jieħu l-leave tiegħu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
Full & Egal Universal Law Academy