23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-30 ta’ April 2012 — Billerud Karlsborg Aktiebolag u Billerud Skärblacka Aktiebolag vs Naturvårdsverket
(Kawża C-203/12)
2012/C 184/12
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Billerud Karlsborg Aktiebolag u Billerud Skärblacka Aktiebolag
Konvenuta: Naturvårdsverket
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87 (1) għandhom bħala effett li operatur li ma jċedix numru ta’ kwoti suffiċjenti sat-30 ta’ April għandu jħallas multa, irrispettivament mill-motiv għan-nuqqas ta’ ċediment, pereżempju anki fil-każ li l-operatur kellu effettivament numru ta’ kwoti suffiċjenti fit-30 ta’ April, iżda ma ċedihomx f’din id-data minħabba negliġenza, żball amministrattiv jew problema teknika?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87 jippermettu li tingħata remissjoni tal-multa jew tnaqqis tal-ammont tagħha, pereżempju fil-każijiet deskritti fl-imsemmija domanda ?
(1) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).
Full & Egal Universal Law Academy