28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ April 2012 — Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
(Kawża C-205/12)
2012/C 227/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Essent Belgium NV
Konvenuta: Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
Parti oħra: Vlaamse Gewest
Domandi preliminari
(1)
Regola nazzjonali, bħal dik li tinsab fid-digriet Fjamming, tas-17 ta’ Lulju 2000, dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku (Vlaams decreet houdende de organisatie van de elektriciteitsmarkt), kif implementat permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, emendata permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-25 ta’ Frar 2005, li tippromwovi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (Besluit inzake de bevordering van elektriciteitsopwekking uit hernieuwbare energiebronnen) u permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tat-8 ta’ Lulju 2005, li temenda d-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, li tippromwovi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u d-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tad-29 ta’ Marzu 2002, dwar l-obbligu ta’ servizz pubbliku għall-promozzjoni tal-użu razzjonali tal-enerġija (Besluit inzake de openbaredienstverplichtingen ter bevordering van het rationeel energiegebruik), fejn
—
l-operaturi li jipprovdu l-elettriku lill-klijenti finali konnessi man-netwerk ta’ distribuzzjoni jew man-netwerk ta’ trażmissjoni għandhom l-obbligu li jippreżentaw kull sena numru ta’ ċertifikati ħodor lill-awtorità regolatorja (Artikolu 23 tad-digriet iċċitat iktar ’il fuq);
—
multa amministrattiva hija imposta fuq l-operaturi li jipprovdu l-elettriku lill-klijenti finali konnessi man-netwerk ta’ distribuzzjoni jew man-netwerk ta’ trażmissjoni mill-awtorità regolatorja Fjamminga tas-suq tal-elettriku u tal-gass (Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt) (VREG) meta ma jippreżentawx numru ta’ ċertifikati ħodor suffiċjenti sabiex jissodisfaw kwota obbligatorja ta’ ċertifikati ħodor (Artikolu 37(2) tad-digiret iċċitat iktar ’il fuq);
—
huwa ppreċiżat b’mod espliċitu li l-garanziji ta’ oriġini minn pajjiżi oħra jistgħu jiġu aċċettati taħt ċerti kundizzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta kwota obbligatorja (Artikolu 15c(2) tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, kif applikabbli għal dan ir-rikors);
—
l-awtorità regolatorja ma tistax jew ma tridx tieħu inkunsiderazzjoni garanziji ta’ oriġini min-Norveġja u mid-Danimarka, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ implementazzjoni tal-Vlaamse regering, li rrikonoxxa li l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati huwa ugwali jew ekwivalenti (Artikolu 25 tad-digriet iċċitat iktar ’il fuq u l-Artikolu 15c(2) tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2004) mingħajr ma din l-ugwaljanza jew din l-ekwivalenza ġiet eżaminata fil-konkret mill-awtorità regolatorja;
—
fil-fatt, matul il-perijodu kollu li matulu kien fis-seħħ id-digriet tas-17 ta’ Lulju 2000, kienu biss iċ-ċertifikati għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra fir-reġjun Fjamming li ttieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tal-kwota obbligatorja filwaqt li l-operaturi li jipprovdu l-elettriku lill-klijenti finali konnessi man-netwerk ta’ distribuzzjoni jew man-netwerk ta’ trażmissjoni bl-ebda mod ma kellhom il-possibbiltà li juru li l-garanziji ta’ oriġini maħruġa, li kienu ġejjin minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, kienu jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ garanziji ugwali jew ekwivalenti għall-għoti ta’ dawn iċ-ċertifikati,
hija konformi mal-Artikoli 34 TFUE u 11 tal-Ftehim ŻEE u/jew mal-Artikoli 36 TFUE u 13 tal-Ftehim ŻEE?
(2)
Ir-regola nazzjonali msemmija fil-punt 1 hija konformi mal-Artikolu 5 tad-Direttiva ta’ dak iż-żmien 2001/77/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku?
(3)
Ir-regola nazzjonali msemmija fil-punt 1 hija konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ŻEE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva ta’ dak iż-żmien 2003/54/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju [2003], dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211.
Full & Egal Universal Law Academy