22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2012 — Butz, Helmut, Bachman-Butz, Christel, Butz, Frederike vs Société Air France SA
(Kawża C-212/12)
2012/C 287/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helmut Butz, Christel Bachman-Butz, Frederike Butz,
Konvenuta: Société Air France SA
Domanda preliminari
Għandu jingħata kumpens lill-passiġġier ta’ titjira skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (1) jekk it-tluq tal-ewwel titjira tiegħu kellu dewmien li kien fil-limiti ddefiniti taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, waqt li it-tieni titjira kellha dewmien li jmur lil hinn mil-limiti stabbiliti taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, u fejn il-wasla tiegħu fid-destinazzjoni finali kellha dewmien ta’ mill-inqas tliet sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy