14.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-7 ta’ Mejju 2012 — Fernando Casimiro dos Santos Ferreira et vs Companhia de Seguros Allianz Portugal SA
(Kawża C-213/12)
2012/C 209/07
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fernando Casimiro dos Santos Ferreira, Maria do Carmo Ferreira dos Santos, Rosa Fernanda Santos Ferreira
Konvenuta: Companhia de Seguros Allianz Portugal SA
Domanda preliminari
Meta jinqraw flimkien l-Artikoli 1(1) u 3 tat-Tieni Direttiva (1) u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva (2), huma għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tqis li għandu jiġi eskluż id-dritt għal kumpens tad-danni mhux patrimonjali tal-membri tal-familja ta’ xufier li jirriżultaw mill-mewt tal-istess xufier meta l-inċident ikun dovut għat-tort esklużiv tiegħu stess?
(1) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)
(2) It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249)
Full & Egal Universal Law Academy