11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2012 — Lokman Emrek vs Vlado Sabranovic
(Kawża C-218/12)
2012/C 243/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Saarbrücken
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lokman Emrek
Konvenut: Vlado Sabranovic
Domandi preliminari
(1)
Fil-każijiet fejn is-sit internet ta’ imprenditur huwa “dirett” lejn l-Istat Membru tal-konsumatur, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) jimplika, bħala kundizzjoni supplementari mhux miktuba, li l-konsumatur ikun ġie mħajjar jikkonkludi l-kuntratt permezz tas-sit internet tal-imprenditur u, għaldaqstant, li s-sit internet ikollu rabta kawżali mal-konklużjoni tal-kuntratt?
(2)
Jekk għandha teżisti rabta kawżali bejn l-attività li hija diretta lejn l-Istat Membru tal-konsumatur u l-konklużjoni tal-kuntratt, l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001 jeżiġi, barra minn hekk, li l-kuntratt ikun ġie konkluż mill-bogħod?
(1) Direttiva tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy