22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Mejju 2012 — Andreas Ingemar Thiele Meneses vs Region Hannover
(Kawża C-220/12)
2012/C 287/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andreas Ingemar Thiele Meneses
Konvenuta: Region Hannover
Domanda preliminari
Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza stabbilit mill-Artikoli 20 u 21 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha ċittadin Ġermaniż b’residenza permanenti barra mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jista’ biss jingħata borża ta’ studju sabiex isegwi taħriġ ma’ istituzzjoni edukattiva fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea sakemm din l-istituzzjoni edukattiva tkun tinsab fl-Istat ta’ residenza jew fi Stat ġar u jekk, minbarra dan, ikun hemm ċirkustanzi partikolari fil-każ inkwistjoni li jiġġustifikaw din l-għajnuna?
Full & Egal Universal Law Academy