28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez
(Kawża C-226/12)
2012/C 227/17
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Constructora Principado S.A.
Konvenut: José Ignacio Menéndez Álvarez
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ klawżola kuntrattwali li tgħaddi lill-konsumatur obbligu ta’ ħlas li legalment huwa tal-bejjiegħ jew tal-fornitur, l-iżbilanċ imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirriżulta mis-sempliċi fatt li obbligu ta’ ħlas li legalment huwa tal-bejjiegħ jew tal-fornitur huwa mgħoddi lill-konsumatur, jew il-fatt li d-Direttiva teżiġi li l-iżbilanċ huwa sinjifikattiv jimplika, fost oħrajn, li r-riperkussjoni ekonomika fuq il-konsumatur għandha tkun sinjifikattiva meta mqabbla mal-ammont totali tal-operazzjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy