21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Vodafone Omnitel Nv vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-228/12)
2012/C 217/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodafone Omnitel Nv
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet Komunitarji tas-settur, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata, u b’mod partikolari l-liġi Nru 266 tal-2005, anki minħabba l-mod ta’ kif din hija applikata b’mod konkret fuq il-livell regolamentari?
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni); ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy