21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — WIND Telecomunicazioni SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et
(Kawża C-230/12)
2012/C 217/19
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: WIND Telecomunicazioni SpA
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata f’dan id-digriet, u b’mod iktar partikolari l-Liġi Nru 266/2005, b’mod partikolari minħabba l-mod kif din hija konkretament applikata fil-livell regolatorju?
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy