4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Mejju 2012 — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Argeș vs SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA — Sucursala Pitești, Alin Iulian Matei u Petruța Florentina Matei
(Kawża C-236/12)
2012/C 235/12
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Argeș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Argeș
Konvenuti: SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA — Sucursala Pitești, Alin Iulian Matei u Petruța Florentina Matei
Domandi preliminari
Fid-dawl tal-fatt li, b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1), l-evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżoli ma tirrigwarda la d-definizzjoni tal-għan prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il-prodotti fornuti inkambju, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u komprensibbli
u
peress li, b’mod konformi mal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 (2), id-definizzjoni li l-Artikolu 3(g) ta’ din l-istess direttiva jagħti tal-kunċett ta’ spiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li tinkludi l-kummissjonijiet kollha li l-konsumatur huwa marbut li jħallas għall-kuntratt tal-kreditu lill-konsumaturi, ma hijiex applikabbli sabiex jiġi stabbilit l-għan ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka,
b’hekk,
il-kunċetti ta’ għan prinċipali tal-kuntratt u tal-prezz li għalih jirreferi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn il-kunċetti (ta’ għan u ta’ prezz) jinkludu wkoll, fost l-elementi li jiffurmaw il-korrispettiv dovut għall-istabbiliment tal-kreditu, ir-rata annwali effettiva globali ta’ kuntratt ta’ kreditu, iffurmat b’mod partikolari mir-rata ta’ interessi fissa jew varjabbli, mill-kummissjonijiet bankarji u mill-ispejjeż l-oħra inklużi u definiti fil-kuntratt?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(2) Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
Full & Egal Universal Law Academy