21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/11
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-237/12)
2012/C 217/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Simon u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma żguratx l-implementazzjoni korretta u sħiħa tar-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(4) u l-Annessi II (A.1, A.2, A.3, u A.5) u III (1.1, 1.2, 1.3 u 2) tal-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkritika lill-konvenuta talli ma implementatx b’mod korrett u sħiħ ir-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikolu 5(4) u fl-Annessi II (A.1, A.2, A.3 u A.5) u III (1.1, 1.2, 1.3 u 2) tad-Direttiva 91/676/KEE. Il-Kummissjoni għandha dubji dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni fuq:
—
il-perijodi li matulhom l-applikazzjoni fuq l-art tal-fertilizzanti ma hijiex xierqa, jew saħansitra pprojbita;
—
il-kapaċità tal-ħażna tad-demel tal-annimali;
—
il-metodu ta’ kalkolu tal-kwantità ta’ nitroġenu fl-applikazzjoni fuq l-art għall-fertilizzazzjoni bbilanċjata;
—
il-limitu kwantitattiv tal-applikazzjoni fuq l-art tad-demel tal-annimali;
—
il-leġiżlazzjoni tal-applikazzjoni fuq artijiet b’xaqliba wieqfa ħafna;
—
il-leġiżlazzjoni tal-applikazzjoni fuq artijiet mifqugħa bl-ilma, imgħarrqa, iffriżati jew miksija bil-borra.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68
Full & Egal Universal Law Academy