7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/8
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2012 minn Abdulbasit Abdulrahim mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħti fit-28 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-127/09, Abdulbasit Abdulrahim vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-239/12 P)
2012/C 200/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Abdulbasit Abdulrahim (rappreżentanti: H.A.S. Miller, Solicitor, E. Grieves, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob, fil-każ li jintlaqgħu ż-żewġ aggravji tiegħu, li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012;
—
tiddikjara li r-rikors għal annullament ma huwiex mingħajr skop;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-osservazzjonijiet ippreżentati fuq talba tal-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji:
(1)
li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli:
—
tisma’ lill-Avukat Ġenerali, u/jew;
—
titlob lill-appellant jippreżenta osservazzjonijiet dwar jekk ir-rikors għal annullament kienx mingħajr skop, u/jew;
—
tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura sabiex tiddetermina jekk ir-rikors għal annullament kienx mingħajr skop.
(2)
li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li r-rikors għal annullament ma setax jagħti benefiċċju oneruż lill-appellant.
Full & Egal Universal Law Academy