20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/2
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 minn FLS Plast A/S mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-64/06, FLS PLAST A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-243/12 P)
2012/C 319/02
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: FLS Plast A/S (rappreżentant: M. Thill-Tayara, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
(a)
prinċipalment, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-64/06 u, li tiddeċiedi l-kawża, sabiex tannulla l-Artikoli 1(h) u 2(f) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Novembru 2005 Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali (“id-Deċiżjoni kkontestata”), safejn japplikaw dawn għall-appellanti.
(b)
sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-64/06 safejn din ċaħdet il-motivi tal-appellanti intiżi sabiex jinkiseb tnaqqis tal-ammont li għalih l-appellanti inżammet responsabbli in solidum fid-deċiżjoni kkontestata u, li tiddeċiedi l-kawża, sabiex temenda l-Artikolu 2(f) tad-deċiżjoni kkontestata u sostanzjalment tnaqqas dan l-ammont fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni illimitata tagħha.
(ċ)
fi kwalunkwe każ, tagħti lill-appellanti tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont li għalih l-appellanti inżammet responsabbli in solidum bħala kumpens għad-danni għad-dewmien eċċessiv tal-proċedura.
(d)
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-pendenza.
Aggravji u argumenti prinċipali
(a)
Insostenn tat-talba prinċipali, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji
(i)
Il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat għar-responsabbiltà tal-appellanti.
(ii)
Il-Qorti Ġenerali naqset milli tivverifika jekk il-Kummissjoni osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta ċaħdet l-argumenti u l-provi ppreżentati mill-appellanti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà ta’ kumpannija parent.
(b)
Insostenn tat-talba sussidjarja, l-appellanti tinvoka tliet aggravji
(i)
Fl-eżami tan-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti ppreżentati mill-appellanti, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis tal-multi tal-1996, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli ttemm il-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ trattament ugwali, kif ukoll billi ma kkonformatx ruħha mal-obbligu tagħha stess ta’ motivazzjoni.
(ii)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità u legalità meta rrevediet l-ammont li għalih l-appellanti inżammet responsabbli in solidum fid-Deċiżjoni Kkontestata, u b’hekk naqset milli tnaqqas dan l-ammont xieraq.
(iii)
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea billi ma tatx sentenza fi żmien raġonevoli.
Full & Egal Universal Law Academy