7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/8
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-245/12)
2012/C 200/15
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, B. Simon u K. Herrmann, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina”) (1) u, f’kull każ, billi ma informatx lill-Kummissjoni Ewropea b’tali dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità ta’ EUR 93 492 fil-jum, mid-data li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża, talli ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE skada fil-15 ta’ Lulju 2010.
(1) ĠU L 164, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy