4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (Il-Bulgarija) fil-21 ta’ Mejju 2012 — Meliha Veli Mustafa vs Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut
(Kawża C-247/12)
2012/C 235/14
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Meliha Veli Mustafa
Konvenut: Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut (Direttur tal-Fondi “djun iggarantiti tal-ħaddiema” fl-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali)
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2(1), tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), kif emendata mid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (2), moqri flimkien mal-ħames premessa tad-Direttiva 2002/74/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprovdu garanziji għal djun ta’ ħaddiema matul il- proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja f’kull stadju ta’ din il-proċedura sal-kontestazzjoni tat-terminazzjoni tal-ħlasijiet, u mhux biss mal-bidu tal-imsemmija proċedura?
(2)
Regola tad-dritt nazzjonali li tipprevedi possibbiltà ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-istituzzjoni li tiggarantixxi, djun mhux imħallsa tal-ħaddiema impjegati li tirriżulta mir-relazzjonijiet tax-xogħol, stabbiliti biss sad-data ta’ reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja, tikser l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 80/987/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2002/74/KE, meta l-imsemmija deċiżjoni ma titterminax l-attivitajiet tal-kumpannija li tħaddem u li ma tikkonstatax li din qiegħda fi stat ta’ terminazzjoni tal-ħlas?
(3)
F’każ ta’ risposta affermattiva għaż-żewġ domandi preċedenti, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża odjerna, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 80/987/KEE, kif emendat mid-Direttiva 2002/74/KE, għandu effett dirett u huwa direttament applikabbli mill-qorti nazzjonali?
(4)
F’każ ta’ risposti affermattivi għat-tliet domandi preċedenti, huwa possibbli li jiġi stabbilit, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività u fin-nuqqas ta’ qafas ġuridiku nazzjonali preċiż għal dak li jirrigwarda t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jeżiġi min-naħa tal-istituzzjoni li tiggarantixxi l-ħlas tad-djun tal-ħaddiema, stabbiliti sad-data tar-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata li min iħaddem qiegħed fi stat ta’ terminazzjoni tal-ħlasijiet — u li se tittermina l-attivitajiet tiegħu — terminu ta’ 30 jum, iffissat fid-dritt nazzjonali, għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi iktar ’il fuq għal każijiet oħra minbarra dak iċċitat iktar ’il fuq, billi tieħu bħala punt ta’ tluq id-data tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni tat-terminazzjoni tal-ħlasijiet?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 217.
(2) Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 261.
Full & Egal Universal Law Academy