21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Telecom Italia SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-255/12)
2012/C 217/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Telecom Italia SpA
Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali ċċitata, b’mod partikolari l-Liġi Nru 266 tal-2005, b’mod partikolari minħabba kif din il-liġi qed tiġi applikata fuq livell leġiżlattiv?
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)
Full & Egal Universal Law Academy