11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad — Plovdiv (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Mejju 2012 — Teritorialna direktsia na Natsionalnata Agentsia za Prihodite — Plovdiv vs “RODOPI М 91” OOD
(Kawża C-259/12)
2012/C 243/13
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Аdministrativen sad — Plovdiv (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Teritorialna direktsia na Natsionalnata Agentsia za Prihodite — Plovdiv
Konvenut:“RODOPI М 91” OOD
Domandi preliminari
(1)
(1)
Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jippermetti lil Stat Membru jimponi sanzjoni minħabba dikjarazzjoni tardiva tal-annullament ta’ fattura, anki jekk dan l-annullament kien ġie sussegwentement irreġistrat u l-persuna kkonċernata kienet ħallset it-taxxa — bl-interessi — li tirriżulta mill-annullament?
(2)
Iċ-ċirkustanzi msemmija hawn huma rilevanti għall-ewwel domanda:
—
il-perijodu li fih l-annullament kellu jiġi ddikjarat, huwa ta’ 14-il ġurnata mit-tmiem ix-xahar li fih sar l-annullament;
—
l-annullament tal-fattura tkun effettivament ġiet iddikjarata xahar qabel it-tmiem tal-perijodu li fih kellu jitwettaq l-annullament;
—
il-VAT dovuta, miżjuda bl-interessi akkumulati, kienet tħallset lill-baġit tal-Istat?
(2)
L-Artikoli 242 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jawtorizzaw lill-Istati Membri jimponu fuq persuna taxxabbli, li allegatament ma tkunx issodisfat fil-ħin l-obbligu tagħha li tinkludi elementi fil-kontabbiltà tagħha li huma rilevanti għall-kalkolu tal-VAT, multa pekunjarja li tikkorrispondi għall-ammont ta’ VAT mhux imħallsa fil-ħin, fejn sussegwentment dan in-nuqqas kien ġie rregolarizzat u t-taxxa kollha, bl-interessi, tkun ġiet imħallsa?
(3)
Huwa ta’ rilevanza l-fatt li l-baġit tal-Istat ma ġarrab l-ebda dannu — għaliex il-persuna kkonċernata kienet sussegwentement uriet l-annullament tal-fattura u ħallset it-taxxa kollha, flimkien mal-interessi?
(4)
L-impożizzjoni ta’ multa pekunjarja ugwali għall-ammont totali ta’ taxxa diġà mħallsa bl-interessi, tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy