28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/14
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 minn Annunziata Del Prete kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-420/10, Giorgio Armani vs UASI
(Kawża C-261/12 P)
2012/C 227/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanta: Annunziata Del Prete (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Giorgio Armani SpA, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanta
—
tannulla totalment is-sentenza tas-27 ta’ Marzu 2012 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2010 u nnotifikata fid-19 ta’ Lulju 2010, peress li hija f’osservanza u applikazzjoni totali tas-sistema prevista mir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u b’mod partikolari tal-Artikolu 8(1)(b) invokat biss fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B1309485
—
tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
Kontestazzjoni tax-xebh grafiku bejn it-trade mark Komunitarja Nru 6314462 “AMICI JUNIOR” u t-trade marks figurattivi nazzjonali Taljani Nru 912114 “AJ ARMANI JEANS” u Nru 998554 “ARMANI JUNIOR” u għal dak li jirrigwarda l-fonetika.
(2)
Applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) 207/2009 u tal-prinċipju tar-reputazzjoni fis-sentenza appellata, fin-nuqqas ta’ appell speċifiku min-naħa tal-appellata, Giorgio Armani S.p.A.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78 p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy