25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Mejju 2012 — Citroën Belux NV vs Federatie voor Verzekerings- en Financiële Tussenpersonen (FvF)
(Kawża C-265/12)
2012/C 258/15
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Citroën Belux NV
Konvenuta: Federatie voor Verzekerings- en Financiële Tussenpersonen (FvF)
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2005/29/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħall-Artikolu 72 tal-liġi Belġjana tas-6 ta’ April 2010 (2), li — bla ħsara għal każijiet elenkati b’mod eżawrjenti mil-liġi — tipprojbixxi b’mod ġenerali kull offerta konġunta għall-konsumatur jekk tal-inqas wieħed mill-elementi jikkostitwixxi servizz finanzjarju?
(2)
L-Artikolu 56 TFUE, rigward il-libertà li jiġu provduti servizzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħall-Artikolu 72 tal-liġi Belġjana tas-6 ta’ April 2010, li — bla ħsara għal każijiet elenkati b’mod eżawrjenti mil-liġi — tipprojbixxi b’mod ġenerali kull offerta konġunta għall-konsumatur jekk tal-inqas wieħed mill-elementi jikkostitwixxi servizz finanzjarju?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 114, p. 86).
(2) Liġi tas-6 ta’ April 2010 dwar il-prattiċi tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumatur.
Full & Egal Universal Law Academy