25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/10
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 minn Jarosław Majtczak mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-227/09: Feng Shen Technology Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-266/12 P)
2012/C 258/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Jarosław Majtczak (rappreżentant: J. Radłowski, radca prawny)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Feng Shen Technology Co. Ltd
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-227/09 kollha kemm hi u tiċħad l-azzjoni tar-rikorrenti jew, sussidjarjament;
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-227/09 kollha kemm hi u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
taqta’ l-ispejjeż favur l-appellant.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li s-sentenza kkontestata tikser l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (1), kif emendat (issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 (2) dwar it-trade mark Komunitarja), b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni, tal-Qorti Ġenerali, tal-kunċett ta’ “aġixxa morożament” [mala fide].
L-appellant isostni wkoll li l-Qorti Ġenerali kisret ir-Regoli tal-Proċedura billi wettqet konstatazzjonijiet ta’ fatt żbaljati u evalwazzjoni selettiva tal-provi prodotti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy